Huwa 800 in-numru ta’ persuni li spiċċaw bla impjieg fl-ewwel jiem minn mindu faqqghet din l-emerġenza medika f’pajjiżna, kaġun tal-Covid-19.
800 sensja. 800 familja li mhux biss qed jikkumbattu l-pandemija, iżda spiċċaw bla paga.
Din il-konferma uffiċjali mill-Gvern turi li mill-inqas 800 persuna nqalbu fuq ir-reġistru minħabba li tilfu l-impjieg tagħhom kawża tal-Coronavirus.
Kif qed jiġi mbassar mill-Fond Monterarju Internazzjonali, din is sena l-ekonomija ta’ Malta mistennija tonqos b’madwar 3%. Daqqa ekonomika li kif jidher, diġà qed twassal għal numru kbir ta’ sensji fil-gżejjer Maltin.
It-tbassir maħruġ mill-IMF wera li fl-aħjar xenarju possibli, il-qgħad f’pajjiżna mistenni jżid għal 5%, bil- Prodott Gross Domestiku jinżel b’madwar 5% ukoll.

Postijiet tax-xogħol li s’issa għal xi raġuni jew oħra għadhom miftuħa – fosthom fabbriki – qed iħaddmu lill-impjegati tagħhom fuq bażi ta’ 3 jew 4 day week; deċiżjoni li żgur mistennija tħalli mpatt fuq il-pagi tal-impjegati fl-aħħar tax-xahar.
Il-Gvern ikkonferma wkoll illi b’kollox huma 7,200 dawk li bhalissa jinsabu weqfin minn xogholhom…ghalkemm ghadhom fuq il-kotba tal-kumpaniji rispettivi li jimpjegawhom.
//= $special ?>