Minn informazzjoni li għadha kemm waslitilna jidher li għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar, ċiklist ta’ 38 sena, mill-Bosnja residenti l-Kalkara ntlaqat minn karozza. L-inċident seħħ fil-bypass ta’ B’Kara.
Għal raġuni li għadha mhix magħrufa, iċ-ċiklist ntlaqat minn karozza tat-tip CRT Doblo misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Albanija residenti Ħal Qormi..
Fuq il-post intbagħtet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
L-invetigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

