Fl-Italja, in-numru ta’ pazjenti li fiequ mill-coronavirus żdied b’aktar minn 2,000 ( fuq iċ-ċifri tal-Erbgħa) għal 40, 164.
Intant, fl-Italja hemm 106,607 infettati bil-virus, biċ-ċifra turi żieda ta’ 1,189 fuq ta’ nhar l-Erbgħa. L-aħħar ammont juri wkoll żieda żgħira fuq l-ammont tal-infezzjonijiet ġodda (1,127) irrappurtati nhar l-Erbgħa, b’din iċ-ċifra tkun stabbilita mal-1,189.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan ikkonferma li mietu 525 oħra mill-coronavirus li jtellgħu l-ammont ta’ vittmi fil-pajjiż għal 22,170.
//= $special ?>