Il-kumpanija Mediterranean Aviation Co. Ltd. (Medavia) qalet li tixtieq tikkjarifika u tikkonferma li mhijiex se tagħlaq il-bibieb tagħha kif qed jiġi rrappurtat f’xi sezzjoni tal-media.
Qalet li l-waqfien tal-flotta tagħha li bħala konsegwenza spiċċat biex xi ħaddiema tagħha tilfu l-impiega tagħhom minħabba l-pandemija tal-
COVID-19 mhux qed taffettwa negozju ieħor tagħha u żgur li mhux se tieqaf topera. Sfortunatamet, il-kumpanija kellha tieħu deċiżjoni iebsa biex twaqqaf il-flotta tagħha għas-sigurtà tal-ħaddiema tagħha u l-klijenti.
Il-Medavia qalet li hija għadha timpjega 200 persuna u grazzi għall-isforzi tagħhom u l-lealtà ma taqta xejn, hija tista’ tkompli bil-portfolio tagħha f’dawk li huwa servizzi marbutin mal-avjazzjoni, li jinkludu manutenzjoni ta’ ajruplani fil-faċilità tagħha u li dan għadu operabbli.
Il-priorità tal-Medavia fil-preżent hija li terġa’ tara li kollox jerġa’ jiġi għan-normal b’mod sigur u fl-anqas żmien possibbli.
//= $special ?>