Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen għamlet apoloġija lill-Italja fejn qalet li fil-bidu tal-pandemija ma tawx għajnuna lill-Italja, u li fil-bidu din l-imxija ħasdet lil kulħadd għall-mod kif stajna naffaċċjawa.
“Iva huwa veru li ħadd ma kien verament lest għal dan. Huwa minnu wkoll l-għajnuna ma kinitx fil-ħin meta l-Italja kellha bżonn fil-bidu. U iva għal dan, huwa sewwa li l-Ewropa kollha kemm hi toffri apoloġija mill-qalb.”
Il-Covid-19 ħalla b’kollox warajh aktar minn 21,000 vittma fl-Italja, bil-qofol ta’ dan il-virus ikun fil-Lombardija.