Coronavirus Lokali Saħħa

Inizjattiva ta’ sapport minn YMCA Malta

Fit-23 ta’ Marzu, YMCA Malta, nediet linja ta’ sapport f’dan ż-żmien diffiċli li ninsabu ngħixu fih bħalissa minħabba l-COVID-19.

Dan huwa perjodu li fih jistgħu jinħolqu sintomi ta’ solitudni u solitudni minn aljenazzjoni soċjali. Għalhekk it-tim ta’ appoġġ ta’ YMCA Malta qed joffri telefonati lill-membri tal-komunità li għandhom bżonn xi ħadd biex jitkellmu magħhom.

Jekk ikun hemm il-bżonn ta’ appoġġ psikoloġiku professjonali, dawk li jċemplu jiġu riferuti lill-konsulenti tas-servizzi psiko-terapewtiċi ta’ YMCA u psikoterapisti permezz ta’ Skype.

Kull min għandu bżonn xi ħadd biex jitkellem miegħu, jista’ jikteb in-numru tat-telefon jew il-mowbajl tiegħu u jibagħtu fuq in-numru 99928625 jew iċempel b’mod dirett fuq l-istess numru.