Il-partit fil-Gvern fil-Korea t’Isfel irnexxielu jikseb rebħa deċiżiva fl-elezzjonijiet għall-Parlament, bir-riżultat qed jitqies bħala trijonf personali għall-President Korean, Moon Jae-in.
Ir-riżultat tal-elezzjoni jirrifletti l-apprezzament tal-poplu għall-Gvern. Dan meta ċ-ċittadini, fl-aħħar ġimgħat, taw kull sostenn possibbli lill-awtoritajiet biex huma jikkontrollaw ir-rata tal-infezzjonijiet tal-Covid-19 fil-pajjiż.
Meta laħqu għoddew kważi l-voti kollha, il-Partit Demokratiku ta’ Moon Jae-in kien rebaħ 163 siġġu fl-Assemblea Nazzjonali ta’ Seoul magħmulha minn 300 deputat.
Intant, mistenni li partit iżgħar, sieħeb tal-Partit Demokratiku, jirbaħ 17-il siġġu ieħor fl-Assemblea. Dan ifisser li l-Gvern kapaċi jkun rappreżentat minn 180 deputat.
//= $special ?>