Lokali

Libjan arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Libjan ta’ 33 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga. Huwa ġie arrestat ilbieraħ waqt rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, f’appartament f’Marsalforn, Għawdex.

Waqt tfittxija li saret ġewwa l-appartament, instab ammont ta’ droga ssuspettata ħaxixa tal-kannabis u kokaina.

Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali rigward dan il-każ.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tad-droga kannabis u kokaina.

Tags