Coronavirus Lokali

Moratorju fuq is-self mill-banek

Fl-aħħar sigħat ġew konfermati d-dettalji li tħabbru fl-aħħar jiem mill-Bank Ċentrali fuq self mill-banek għal dawk milquta mill-imxija tal-COVID-19 u kif dawn se jibbenefikaw.

Persuni li jridu jibbenifikaw minn sospensjoni tal-pagamenti u anke interessi jistgħu japplikaw mal-banek rispettivi tagħhom sat-30 ta’ Gunju.

Dan japplika għal kull tip ta’ self, saħansittra self għal xiri ta’ propjetà. Il-moratorju offrut se jkun sa minimu ta’ 6 xhur. Madanakollu, dan japplika biss ghal min prezentament ghandu dan it-tip ta’ self mill-bank.

Apparti minn hekk se jsir sussidju ta’ 2.5% għan-negozji fuq self ġdid li se jittieħed biex jiġu fuq saqajhom negozji ta’ kull tip.

Bħalissa f’Malta hawn madwar 11-il miljun ewro f’self mill-banek għand individwi u negozji, b’ħames miljuni minnhom huma self personali.

Ritratt: Matthew Tabone