Is-Segretarju tal-Istat ewlieni fir-Renju Unit, Dominic Raab, ħabbar li l-miżuri tal-lockdown fil-pajjiż għal dawn iż-żmenijiet tal-coronavirus se jkunu estiżi għal mill-anqas tliet ġimgħat oħra.
Dominic Raab qal, intant, li hemm indikazzjonijiet li l-miżuri għal social distancing qegħdin juru sinjali ta’ suċċess — madankollu, il-konsulenti għall-Gvern wieġbu li l-provi ta’ dan huma ‘inkonsistenti’ u li hemm ukoll iz-zoni fil-pajjiż li qed juru żieda fl-infezzjonijiet.
Min-naħa tiegħu, Raab qal li jifhem li l-Britanniċi qegħdin iqabblu l-azzjonijiet tar-Renju Unit mal-azzjonijiet ta’ pajjiżi oħra u sostna li l-Gvern Britanniku se jkompli jieħu ‘id-deċiżjonijiet adatti, f’kull ħin, għall-ġid ta’ kulħadd’. Fl-istess ħin, Raab qal li japprezza l-fatt li ‘l-impatt tas-sitwazzjoni hu wieħed konsiderevoli għaċ-ċittadini u l-intrapriżi madwar ir-Renju Unit’.
//= $special ?>