Ir-ritratt li qegħdin naraw hawnhekk juri lill-Kaptan Tom Moore — veteran tat-Tieni Gwerra li llum għandu 99 sena – qed jagħmel ġest ta’ trijonf wara li rnexxielu jimxi madwar it-tul tal-ġnien tiegħu għal mitt darba, minkejja l-kundizzjoni fraġli tiegħu.
Ir-residenza ta’ Moore tinsab f’Marston Moretaine, f’Bedfordshire u l-veteran – grazzi għal dan il-ġest qalbieni – irnexxielu jiġġenera ‘il fuq minn 13-il miljun Sterlina biex jgħin lin-National Health Service (NHS) tar-Renju Unit li jinsab fl-eqqel tat-taqbida mal-coronavirus. L-appell ta’ Moore f’dan l-eżerċizzju ta’ fundraising kien appoġġjat bid-donazzjonijiet minn madwar id-dinja – bl-infezzjonijiet fuq rata globali mill-pandemija, issa jaqbżu ż-żewġ miljuni.
Hu minnu li l-mira ‘oriġinali’ ta’ Tom Moore kienet għal elf Sterlina li jmorru għall-bżonnijiet tal-NHS u, issa, irnexxielu jissupera t-tragward għal 13,000 darba.
Il-Ministri f’Londra, intant, mistennija jħabbru estensjoni ta’ tliet ġimgħat għal-lockdown dovut għall-coronavirus, bix-xjenzati jwissu li r-Renju Unit għandu jaċċerta minn ‘livell sinifikanti’ ta’ social distancing sakemm tinstab tilqima effettiva għall-coronavirus.
//= $special ?>