Lokali Turiżmu

Ryan Air se tieħu post l-Air Malta?

Ritratt: Matthew Tabone

Rapport ippubblikat mill-Parlament Ewropew jindika li l-linja tal-ajru Ryanair tista’ potenzjalment issir il-linja tal-ajru l-aktar dominanti f’Malta, u titfa’ lil-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta barra mis-suq.

Kienu analizzati fost l-oħrajn l-mudelli ewlenin tan-negozju tat-trasport bl-ajru kif ukoll prezzijiet. Dan skont rapport li deher fuq is-sit tax-xandir tal-istat.

F’dan l-istudju kien eżaminat l-istess settur f’pajjżna fid-dawl ta’ żviluppi riċenti fejn fost l-oħrajn isemma l-kollaborazzjoni riċenti bejn Ryan Air u Ait Malta meta inħolqot il-linjta tal-ajru Malta Air.

Ir-rapport jgħid li fuq bażi ġenerali l-linja nazzjonali Maltija u r-Ryanair qasmu bejnithom il-maġġoranza ta’ dan is-suq f’pajjiżna iżda bis-sitwazzjoni preżenti l-Air Malta qed tkun iktar f’aħbarijiet negattivi minħabba l-qagħda finanzjara li tinsab fiha.

Filfatt, numru kbir ta’ ħaddiema tal-Air Malta jinsbu bin-notice fuq paga mnaqqsa u se jkunu qed jitkeċċew mill-kumpanija fil-ġimgħat li ġejjin appena jiskadi l-perjodu tan-notice.

Fost l-oħrajn ser jitilfu l-impjieg tagħhom ħaddiema li ilhom mal-kumpanija għal aktar minn 20 sena.