Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti “għaddew mill-peak” ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 u bassar li xi stati se jerġgħu jmorru għan-normal dan ix-xahar.
Waqt il-bulettin mediku li qed jingħata kuljum mill-White House Trump qal li l-linji gwida ta’ ftuħ mill-ġdid se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin wara li jitkellem mal-gvernaturi.
Trump saħaq li l-Istati Uniti se tagħmel rimonta għaliex kulħadd irid li l-pajjiż imur lura għan-normal.
L-Istati Uniti għandha kważi 640,000 każ ikkonfermati ta’ COVID-19 u aktar minn 30,800 mewt, l-aktar post milqut minn din il-pandemija minn madwar id-dinja.
//= $special ?>