Futbol Sport

18-IL SENA ILU: Malta tirbaħ kontra l-Ażerbajġan b’gowl taż-żagħżugħ Michael Mifsud

(Ritratt: In-Nazzjon)

17 TA’ APRIL 2002

It-tim nazzjonali Malti kompla s-serje pożittiva b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Ażerbajġan f’logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Din kienet is-sitt logħba konsekuttiva bla telfa, bit-tim dak iż-żmien kien taħt it-tmexxija tal-Ġermaniż Sigi Held.

L-aħħar telfa li t-tim Malti sofra kien fis-6 ta’ Ottubru tal-2001 b’telfa ta’ 1-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq. Minn dakinhar, Malta kisbet rebħa ta’ 2-1 kontra l-Kanada, 2-1 kontra l-Ġordan, draw ta’ 1-1 kontra kontra l-Litwanja, rebħa ta’ 3-0 kontra l-Moldova, draw ta’ 1-1 kontra l-Andorra u r-rebħa kontra l-Ażerbajġan.

Il-gowl rebbieħ skorjah Michael Mifsud li f’dik il-ġurnata l-21 sena tiegħu. Dan kien il-ħames gowl tiegħu f’16-il logħba. MICHAEL MIFSUD skorja l-gowl fil-55 minuta meta seraq il-ballun mingħand il-gowlkiper Mahammadov li pprova jqarraq b’finta u xeħet il-ballun f’xibka vojta.

(Ritratt: In-Nazzjon)