Kurżitajiet Lokali

Fattigi: Ser ikollna t-tielet staġun?

Wara sensiela ta’ diskussjonijiet u laqgħat Media.Link Communications Ltd b’sofisfazzjon tħabbar li akkwistat id-drittijiet għas-sensiela ferm popolari Fattigi.  

Fil-fatt il-partijiet involuti qablu li jagħmlu dikjarazzjoni konġunta li tgħid: Media.Link Communications Ltd, Watermelon Media u s-Sur Sandro Vella laħqu ftehim amikevoli fejn qablu li s-serje televiżiva Fattigi hi proprjeta’ ta’ Medialink bi drittijiet esklussivi ta’ Watermelon Media.”

F’dan ir-rigward il-kumpanija issa qiegħda f’diskussjoniijet ma’ Watermelon Media, il-produtturi ta’ din is-serje, dwar it-tielet sensiela ta’ din l-istess drama.

M’hemmx dubbju li matul l-aħħar żewġ sensiliet Fattigi kien segwit min eluf ta Maltin u Għawdxin u l-istazzjon qed juri x-xewqa sabiex fi żmien li ġej jinbeda x-xogħol fuq sensiela ġdida, konvint li għal darb’oħra terġa’ tkun waħda mill-iktar drama popolari f’pajjiżna.