Lokali

Ġrieħi gravi wara inċident f’Tal-Balal

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Sewwieq ta’ mutur minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-0930 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq tal-Balal, limiti tal-Iklin fid-direzzjoni lejn San Ġwann. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mutur tat-tip Peugeot Tweet, misjuq mill-vittma ta’ 30 sena, kellu mpatt ma’ karozza tal-għamla BMW M235i – misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.