Meta ħafna mill-kampjonati fid-dinja jinsabu weqfin minħabba l-coronavirus u bosta klabbs m’humiex jittrenjaw, mhux l-istess fl-Iżvezja. Il-klabb ta’ Hammarby fl-aħħar ġranet kellu lil Zlatan Ibrahimovic jittrenja miegħu b’ħafna jkomplu jispekulaw dwar il-futur tal-istilla Żvediża. Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu Ibrahimovic naqas milli jwieġeb bid-diriġenti tal-klabb juru interess fl-attakkant ta’ 38 sena.
Hammarby huma klabb mill-Iżvezja u l-akkwista ta’ Ibrahimovic xejn ma’ jinżel tajjeb mar-rivali Malmo FF, il-klabb fejn Ibrahimovic iddebutta u fejn illum il-ġurnata hemm statwa iddedikata għalih. Ma’ Malmo FF il-leġġenda Żvediż lagħab 40 darba u skorja 16 –il gowl. Bħalissa Ibrahimovic jinsab jilgħab ma’ Milan fis-Serie A meta f’Jannar li għadda reġa’ iffirma t-tieni kuntratt tiegħu ta’ sitt xhur mal-klabb tas-Serie A.
//= $special ?>

