Il-Malta Trust Foundation’s Food Aid Project ħabbret li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 il-faqar qed jgħolli rasu fejn kellha talba ta’ emerġenza ta’ xejn anqas minn 2,000. Dan kollu f’perjodu ta’ tliet ġimgħat.
Ingħad li l-kriżi ekonomika qiegħda tistabiliżża lil kulħadd iżda l-iktar li qed tolqot huma lil dawn vulnerabbli u l-fqar tas-soċjetà Maltija. Dan il-proġett li qed jitma’ lil eluf ta’ persuni twaqqaf hekk kif il-coronavirus laqtet lil Malta.
Il-fondazzjoni għaldaqstant qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-NGO’s li qegħdin isibuha diffiċli biex ilaħħqu mad-domanda mill-Foodbank Lifeline Foundation, li wkoll ma kinitx qed tlaħħaq biex tieħu f’idejha każijiet ġodda.
Dan il-proġett jista’ jkompli biss grazzi għall-għajnuna li qegħdin jagħtu ħafna negozji u grazzi għall-qalb tajba tagħhom li qegħdin jagħtu diversi donazzjonijiet ta’ ikel, flus u dak kollu relatat ma’ għajnuna bżonnjuża lill-vulnerabbli.
Għaldaqstant qed isir appell ieħor biex kull min jista’ jgħin f’din il-kriżi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq +356 7979 5533 jew amassa@mediainsiders.com.mt
//= $special ?>
