Walter Ricciardi, membru tal-OMS u tal-FIGC qal li l-Kampjonat Taljan jista’ jintlagħab fiċ-Ċentru u fin-Naħa t’Isfel tal-Italja minħabba li l-ammont ta’ nies infettati bil-virus huwa inqas f’dawn iż-żoni milli fit-Tramuntana tal-pajjiż. Il-FIGC waqqfet bord mediku biex janalizza u jistudja dwar meta jista’ jinbeda t-taħriġ għat-timijiet tas-Serie A.
Ricciardi kompla li hemm bżonn ġimgħatejn oħra biex l-Italja jkollha stampa aħjar dwar il-firxa tal-coronavirus. “F’numru ta’ żoni s-sitwazzjoni tjiebet iżda f’żoni bħal-Lombardija s-sitwazzjoni għadha preokkupanti,” kompla Ricciardi.
Hu kompla li aktar aġġornamenti mistennija jinħarġu fil-bidu ta’ Mejju biex tkun evalwata s-sitwazzjoni. Ricciardi temm l-intervistà tiegħu billi qal li mhux possibli għal kull tim li jittestja l-plejers kollha tiegħu u jsibu post fejn dawn ikunu jistgħu joqogħdu sakemm jintemm il-kampjonat iżda wera t-tamà li l-kampjonat jista’ jitkompla u jintemm.
//= $special ?>