Lokali

Inizjattiva suċċess mill-Partit Nazzjonalista

S’issa mijiet ta’ persuni qed jagħmlu użu mill-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista, li f’dawn iċ-ċirkustanzi bla ebda preċedent iddeċieda li jgħin lil dawk il-persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem, il-PN qed jilqa’ ordnijiet ta’ affarijiet essenzjali tal-ikel u tal-merċa sabiex iwassalhom quddiem il-bieb tad-djar tan-nies, b’mod speċjali dawk l-anzjani jew vulnerabbli li ma jistgħux joħorġu minħabba l-miżuri preventivi fid-dawl tal-kriżi pandemika ta’ Covid-19.

Proprju illum kienet l-aktar ġurnata fejn twasslu xirjiet fl-aħħar ġimgħatejn. Dan it-tqassim qed isir minn naħa tal-Partit Nazzjonalista b’turija ta’ qalb tajba lil kull min iċempel u qed isir ukoll mingħajr tariffi miżjuda.

Flimkien max-xirja sintendi jkun hemm mehmuż il-kont tax-xirja biex persuna tara li l-ebda ħlas ma kien miżjud għajr ix-xirja mitluba.

L-ordnijiet isiru jistgħu isiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa sas-1800hrs u jaslu għandek sal-għada.