Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li ntlaqat minn folja tal-ħġieġ

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 47 sena mill-Mosta ittieħed l-iSptar Mater Dei isofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqat minn folji tal-ħġieġ. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11a.m. fi Triq il-Ballut fil-Mosta.

Ir-raġel sofra l-ġrieħi wara li waqgħu fuqu folji tal-ħġieġ li kien qed iħott. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li fetaħ inkjesta u ħatar numru ta’ esperti. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.