F’laqgħa li saret iktar kmieni llum bejn it-timijiet kollha tal-Premier League, it-timijiet kollha wrew ix-xewqa li jtemmu l-kampjonat. Għal din il-laqgħa li saret online, kien hemm preżenti r-rappreżentanti tat-timijiet kollha, bid-diskussjoni tkun dwar il-mod ta’ kif jista’ jintemm dan il-kampjonat.
It-timijiet proponew bosta proposti dwar meta għandu jitkompla l-kampjonat, bil-Premier League isostni li l-kampjonat m’għandux jibda sakemm il-Gvern Ingliż jiddikjara li hu sigur li jitkompla. Matul il-laqgħa l-ebda rappreżentant ma’ qajjem il-punt dwar jekk il-kampjonat għandux jintemm sat-30 ta’ Ġunju.
Kelliem għall-Premier League qal li huma jinsabu konxji dwar l-effett li qed tħalli l-pandemija tal-coronavirus u jinsabu jaħdmu fuq mod dwar kif jista’ jintemm il-kampjonat. Hu kompla li l-laqgħa ta’ llum serviet biex jiġu diskussi d-diversi modi dwar kif jista’ jintemm il-kampjonat filwaqt li rrikonoxxa li kemm il-klabbs u kemm il-plejers offrew l-għajnuna tagħhom lill-NHS.
//= $special ?>