Coronavirus Lokali Qorti

Kawżi fil-Qrati differiti minħabba l-COVID-19

Il-kawżi li kellhom jinstemgħu jew jiġu deċiżi nhar il-Ħamis 30 ta’ April li ġej ġew differiti għal nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju 2020 u dan minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Sadanittant il-kawżi fuq il-listi tas-seduta tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) u tal-Qorti Ċivili Prim’Awla, ta’ nhar it-Tlieta 28 ta’ April 2020 ġew differiti għal nhar il-Ħamis 25 ta’ Gunju 2020 għall-istess skop.

Din id-deċiżjoni ngħatat fuq ordni tal-Imħallef Joseph Zammit McKeon, in vista tad-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 61 tal-2020 u tal-Avviż Legali 65 tal-2020.

Il-kawżi li ġew differiti huma dawk li jinsabu fuq il-listi tas-seduta tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ), tal-Qorti Ċivili Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) u tal-Qorti Ċivili Prim’Awla. Il-ħin tas-smigħ ta’ dawn is-seduti se jibqa’ l-istess kif kien oriġinarjament.

Differimenti oħra tal-kawżi tal-kawżi huma dawk tal-Maġistrat Charmaine Galea, tal-ġimgħa d-dieħla. 20/04 Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva – differiti għat-18 ta’ Mejju 2020 21/04 Distrett Qawra – differiti għall-14 ta’ Lulju 2020 23/04 Ċivil – differiti għas-16 ta’ Gunju 2020

Quddiem il-Maġistrat Claire L. Stafrace Zammit, is-seduta tas-Sanità tat-30 ta’ April 2020 qed tigi differita għat-18 ta’ Settembru 2020. Is-seduta tad-distrett Żurrieq tat-28 ta’ April 2020, qed tiġi differita għad-29 ta’ Settembru 2020. Filwaqt li quddiem l-istess Maġistrat s-seduta tad-distrett ta’ B’Kara tal-21 ta’ April 2020, qed tiġi differita għall-10 ta’ Settembru 2020.