Hekk kif f’pajjiżna qed nistennew biex naraw jekk l-isforzi tagħna li nżommu d-distanza soċjali hijix qed tgħin biex it-tixrid tal-COVID-19 ikun ikkontrollat, u minkejja l-biża’ li għadha tiddomina, jibqgħu jispikkaw il-mewġa kbira ta’ messaġġi pożittivi.
Dawn il-messaġġi huma indirizzati għal dawk li ħafna qed isejħulhm bħala l-eroj tagħna f’din il-gwerra globali, ċioé il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kemm dawk f’Malta u fil-kumplament tad-dinja.
F’dawn iż-żminijiet, ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ espressjoni u turija ta’ gratitudni għall-ħidma kbira li qed isir mill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, l-istess nies li qed ipoġġu ħajjithom f’periklu waqt din il-kriżi tal-COVID-19.
Fil-fatt, saret prattika f’dan il-mument, li filgħaxijiet ikun hemm ċapċip, liema ġest juri l-apprezzament lejn il-ħidma ta’ dawn l-individwi. Midi Plc nediet mod ieħor differenti, kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll fuq lilhinn, li jagħti grazzi lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa f’Malta.
Dan qed isir billi dawk il-messaġġi li jolqtu l-għajnejn u li jagħtu ġieħ lit-tobba, l-infermiera u l-ħaddiema tas-saħħa, l-istess nies li wara kollox jinsabu fuq quddiem nett f’din il-gwerra kontra COVID-19, qed jitpoġġew fuq Facebook.
Dan mhux kolllox, għaliex qawsalli kbar u b’kuluri li jgħajtu, li sal-lum kienu messaġġ globali ta’ tama minn kemm ilu li feġġ dan il-virus, u li jkollhom kliem pożittiv ta’ ringrazzjament, qed jitwaħlu mal-ħitan, eżatt wara l-pont ta’ Manoel Island.
Il-faċċata tal-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija flimkien mal-art ta’ Forti Manoel, ukoll ġew mixgħula bil-kuluri tal-qawsalla tat-tama, bħala turija ta’ appoġġ u tama għal kulħadd f’dawn iż-żminijiet.
Dawn il-messaġġi pożittivi f’mument ta’ sfida, qed iservu biex jaġixxu ta’ tfakkira li dan iż-żmien qed ngħixuħ flimkien u se ngħaddu minn dan iż-żmien iebes u ta’ sfida flimkien ukoll.
“Ridna nuru aktar u nżidu l-apprezzament u l-grazzi tagħna mill-qalb, lin-nies fil-kura tas-saħħa, dawk li tassew huma l-eroj vera, talli qed jagħżlu li jpoġġu ħajjithom f’riskju biex jgħinu, jipproteġu u jsalvaw lilna u lil kulħadd,” qal kelliem tal-kumpanija.
“Nisperaw li dawn il-messaġġi jgħinu ukoll sabiex ngħollu l-ispirtu tan-nies, u jfakkarhom li aħna lkoll ninsabu flimkien f’din is-sitwazzjoni preżenti. Huwa vitali f’dan il-mument, li kulħadd jagħti widen għad-direttivi mogħtija mill-awtoritajiet.”
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku ġenerali jista’ jċempel il-linja tal-għajnuna COVID-19 fuq 2132 4086 jew iżur il-websajt covid19.gov.mt.
//= $special ?>

