Futbol Sport

MINUTA MILL-PASSAT: Il-Greċja tirbaħ il-Kampjonat Ewropew fl-2004

4 ta’ Lulju 2004

Is-sena 2004 kienet waħda importanti għall-Greċja fejn apparti li Ateni organizzat b’suċċess il-Logħob Olimpiku, l-attenzjoni kienet ukoll fuq il-fażi finali tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-futbol. Sal-2004, il-Greċja rari kellha tim kompetittiv iżda fil-Euro 2004 wasal dak li ħadd ma stenna. Il-miraklu Grieg.

Sal-fażi finali, Spanja kienet meqjusa bħala l-favorita ewlenija. Madankollu aktar ma żviluppat il-kompetizzjoni wara li fi Grupp A, il-Portugall sfat megħluba mill-Greċja 2–1 , it-tim immexxi minn Otto Rehhagel, fl-ewwel dehra mill-1980, baqa’ jimpressjona. Sistema difensiva bażata fuq il-kontrattakk li wasslet għar-rebha ta’ 1-0 fuq Franza fil-kwarti tal-finali, bl-istess skor fis-semifinali kontra r-Repubblika Ceka. Riżultati li poġġew lill-Greċja fil-finali.

Fil-finali kontra l-Portugall, fil-mument li wasal il-gowl ta’ Angelos Charisteas fil-57 minuta meta għeleb lil Ricardo u sikket lil partitarji Portugiżi u bikkem lil Cristiano Ronaldo. Rebħa ta’ 1-0 u l-ewwel suċċess għall-Greċja fil-futbol Ewropew.