Coronavirus Futbol Sport

Norman Hunter jitlef il-battalja kontra l-coronavirus

(Ritratt: leedsunited.com)

Norman Hunter, eks-plejer ta’ Leeds United tilef il-battalja tiegħu kontra l-coronavirus u miet fl-isptar fl-età ta’ 76 sena. Hunter lagħab 28 darba għall-Ingilterra u kien parti mit-tim Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966.

Fi stqarrija Leeds United qalu li jinsabu mnikkta bl-aħbar tal-mewt ta’ Hunter. L-istqarrija kompliet li Hunter iddaħħal l-isptar il-ġimgħa li għaddiet wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus. Sfortunatament Norman Hunter tilef ħajtu kmieni dalgħodu. Hunter lagħab 726 darba għal Leeds United f’erbatax –il sena mal-klabb. Hunter kien strumentali fil-qalba tad-difiża għat-tim ta’ Leeds li rebaħ il-Kampjonat Ingliż darbtejn fost l-oħrajn.