Formula 1 Sport

Vettel viċin li jilħaq ftehim ġdid ma’ Ferrari

(Ritratt: EPA)

F’intervistà mal-midja internazzjonali, is-sewwieq ta’ Ferrari Sebastian Vettel qal li s-sitwazzjoni ta’ bħalissa b’rabta mal-coronavirus tista’ tgħin biex ikollu diskussjonijiet dwar il-futur tiegħu ma’ Ferrari.

Il-kuntratt ta’ Vettel ma’ Ferrari jintemm fi tmiem l-istaġun li minħabba l-pandemija tal-coronavirus għadu ma nbediex. Ferrari kienu qegħdin iħarsu lejn sewwieqa oħra iżda issa jidher li se jżommu lil Vettel fit-tim mal-Franċiż Charles Leclerc. Vettel kompla li l-ftehim jista’ jintlaħaq sa qabel l-ewwel tellieqa ta’ dan il-kampjonat li s’issa għadu mhux indikattiv meta din se tkun.

L-ispekulazzjonijiet s’issa huma li l-istaġun tal-Formula 1 jinbeda bil-Grand Prix tal-Awstrija f’Lulju. Vettel ikkumenta dwar kif hemm il-possibilità li dan l-istaġun jkun iqsar minn normal. Vettel rebbieħ ta’ erba’ kampjnonati tal-Formula 1 ma’ Red Bull, kellu staġun diżappuntanti ma’ Ferrari l-istaġun li għadda u jittama li f’dan l-istaġun ikun jista’ jżomm il-pass mas-sewwieqa ta’ Mercedes u ma’ sieħbu fit-tim Charles Leclerc.