F’dan iż-żmien bla preċedent li qed ngħixu fih, filwaqt li kulħadd mitlub li joqgħod f’daru, il-ħsieb tagħna jmur lejn dawk li qed jaħdmu lejl u nhar sabiex Malta u d-dinja kollha tgħaddi minn dan kollu, fl-inqas żmien possibbli.
Din hi l-karba ta’ “tifla ċkejkna wara t-tieqa li qed tistenna, fuq ix-xwiek,” f’kanzunetta mill-isbaħ minn Briannah Caruana , b’mużika ta’ Gillian Attard u b’lirika ta’ Ivan De Battista, bil-filmat ta’ Gordon Farrugia u muntaġġ ta’ Myles Azzopardi, taħt id-direzzjoni vokali ta’ Gillian Attard u Jane Pace (La Voix Studios). Bi produzzjoni ta’ Somnio Studios.
Din il-kanzunetta tkompli titkellem dwar is-sitwazzjoni li qed ngħixu hifa bħalissa fejn hemm bliet fil-hemda mingħajr ħoss u attività, hemm toroq bla ruħ, bla kenn u rdoss… u min jaf kemm tfal hemm jistennew lill-ġenituri tagħhom jerġgħu jingħaqdu lura magħhom wara ljieli sħaħ il-bogħod minnhom.