Coronavirus Internazzjonali Saħħa

FIR-RENJU UNIT: Il-vittmi tal-Covid-19 jiżdiedu bi 888

Qabżu l-15,000 il-vittmi tal-Coronavirus fir-Renju Unit. Dan kien konfermat ftit tal-ħin ilu mill-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi.

F’24 siegħa, il-fatalitajiet fir-Renju Unit żdiedu bi 888.

Dan il-pajjiż għandu l-ħames l-ogħla rata ta’ fatalitajiet kaġun ta’ din il-marda li oriġinat miċ-Ċina lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2019.

Fil-Belġju, il-vittmi żdiedu b’madwar 300 f’ġurnata waħda.

L-imwiet fid-dinja qabżu l-156,000.