Ħadd ma weġġa’ meta appartament ħa n-nar fi Triq San Albert fil-Gżira, dan hekk kif kollox qed jindika li n-nar beda’ minn ħsara f’apparat elettroniku.
Il-pulizija kienu ġew infurmati b’dan l-inċident ftit qabel il-11.30 ta’ filgħodu, u minnufih fuq il-post marru numru ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex iġibu taħt kontroll is-sitwazzjoni.
Sorsi mill-post qalulna dawk li kienu fil-binja laħqu ħarġu, għajr anzjana li kienet tinsab fuq il-bejt u li fortunatament inħarġet qawwija u sħiħa mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>