F’telefonata mal-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, saħaq li kwalunkwe taħdidiet għal trattat ġdid ta’ kontroll tal-armamenti bejn iż-żewġ pajjiżi teħtieġ tinkudi ukoll liċ-Ċina.
Iċ-Ċina, li għandha ħażna ta’ 300 arma nukleari, u għalhekk għandha ħafna anqas armamenti mir-Russja u l-Istati Uniti, sa issa rrifjutat li tingaġġa f’dawn it-taħdidiet.
Fi stqarrija minn kelliema għad-Dipartiment għall-Istat Amerikan, Morgan Ortagus qalet li l-kummenti ta’ Pompeo saru fid-dawl li kien qiegħed jiddiskuti ma’ Lavrov il-passi li jmiss fid-Djalogu tas-Sigurtà Strateġika bilaterali, anki fid-dawl tal-pandemija COVID-19.
Il-ftehim eżistenti bejn iż-żewġ pajjiżi, li naqqas bi kbir it-tensjoni militari bejniethom, jiskadi fi Frar li ġej, diment li ż-żewġ partijiet ma jaqbdlux li jestendu t-trattat għall-5 snin.
Filwaqt li r-Russja uriet l-impenn li din l-estensjoni sseħħ, l-amministrazzjoni ta’ Trump naqqset milli tiddikkjara l-pożizzjoni tagħha dwar dan minħabba t-theddida dejjem tikber tal-armi nukleari taċ-Ċina, li bħalissa għaddejja b’programm ta’ modernizzar.
F’dawn id-diskussjonijiet bilaterali, Pompeo ddiskuta ukoll id-detenzjoni ta’ ċittadini Amerikani fir-Russja, għalkemm mhux magħrufa min u kemm huma dawn in-nies.
//= $special ?>