Waqt li l-Italja qed jikkumbatti l-Coronavirus, terremot ta’ qawwa 3.7 fuq l-iskala Richter laqtet il-belt ta’ Poggio Imperiale, madwar 40 kilometru bogħod minn San Giovanni Rotondo, fil-provinċja ta’ Foggia.
It-theżżiża, li seħħet għall-ħabta tal-4.57am ħin lokali b’epiċentru ta’ 24 kilometru, inħasset ukoll f’Taranto, Manfredonia u Andria fir-reġjun tal-Puglia. Din ġiet irreġistrata mill-Istitut Nazzjonali Siżmiku.
Minkejja li fortunatament ma hemm ebda rapporti ta’ ħsarat jew vittmi, dan it-terremot ħakem lill-poplu tar-reġjun tal-Puglia b’biża’ kbir, kif jixhdu numru ta’ kummenti fuq Twitter li ddeskrivew kif it-theżżiża inħasset u ntemgħet għal bosta mumenti.
//= $special ?>