L-NBA laħqet ftehim mal-Assoċjazzjoni tal-Plejers biex mill-15 ta’ Mejju, is-salarji tagħhom jitnaqqsu b’25% minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dan il-ftehim se jwassal għal tnaqqis gradwali fis-salarji jekk il-pandemija twassal biex jitħassar l-istaġun regolari.
Rapporti fl-Istati Uniti qed jgħidu li din il-miżura hi temporanja. Il-flus se jinżammu u jitħallsu lura lill-plejers jekk il-logħbiet li fadal fl-istaġun regolari jintlagħbu. Jekk l-istaġun jintlagħab parti minnu, l-ammont jitħallas pro rata skont in-numru ta’ logħbiet.
Dan it-tnaqqis fis-salarji jista’ jkun li jkompli fl-ewwel xahrejn tal-istaġun 2020/21. L-istaġun tal-basketball fl-Istati Uniti ilu wieqaf mill-11 ta’ Marzu u għadu mhux ċar meta jista’ jitkompla. It-tmexxija tal-kampjonat mistennija tiddiskuti kif se jkompli l-istaġun qabel l-1 ta’ Mejju.
//= $special ?>