“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ mibni fuq il-valuri. Meta hemm il-ħajjiet trid issalvahom, idaħħalhomx jew le hu argument differenti, meta għandek nies f’riskju ta’ mewt trid isalvalhom ħajjithom. Minn ma ħaqqux ażil għandu jintbgħat lura. Dawn pero m’għandhomx ikunu ta’ Malta biss pero tal-pajjiżi kollha.”
Dikjarazzjoni ċara mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech waqt intervista fuq il-programm ‘Għandi Xi Ngħid’ fuq Radju Malta mad-Dekan fl-Università ta’ Malta Andrew Azzopardi.
Fl-istess programm kien intervistat ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech li saħaq “Il-pozizzjoni tal-Oppozizzjoni hija ċara daqs il-kristal pero jkun hemm min għandu intenzjoni li dak li hu ċar ma jħalliħx hekk biex iħawwad l-imħuħ.”
Huma kienu qed jiddiskutu l-kriżi tal-immigrazzjoni li reġgħet eskalat fl-aħħar jiem fejn intqal illi mal-ħajja m’hemmx kompromessi. Pero, li wara li ssalva l-ħajja, trid tara dik il-persuna għandux dritt ghall-ażil jew le.
Filfatt din id-dikjarazzjoni ġiet ukoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ftit tal-jiem ilu tenna li dawk li m’ghandhomx dritt li jkunu f’pajjizna iridu jintbgħatu lura.
Claudio Grech qal li “fl-aħħar snin rajna lill-Gvern jgħid li f’Malta rridu nżidu għexieren tal-eluf fl-immigrazzjoni għax hekk ried jibni l-ekonomija. Il-Gvern Laburista kien qal li huwa ġenn li ma nżidux persuni barranin mal-popolazzjoni ta’ Malta għax inkella insew il-pensjonijiet.”
L-aħħar statistika filfatt turi li f’Malta u Għawdex kien hawn 60,000 work permit kif ukoll permessi oħra għall-familjari tal-barranin li ġew jgħixu f’pajjiżna filwaqt li jieħdu mir-rizorsi tal-pajjiż. Meta niġu biex insalvaw ħajja problema?”
Francis Zammit Dimech fakkar fil-laqgħa li kellu Adrian Delia mal-Kummissarju Ewropew dwar l-immigrazzjoni fejn enfasizza dawn il-prinċipji biex ikun hemm sistema ta’ distribuzzjoni bejn il-pajjiżi membri kollha.
Hu fakkar kif in-nies li gew Malta taħt gvern Nazzjonalista kollha kienu rilokati. U fl-aħħar snin kien il-gvern Laburista li addota politka u ekonomija ibbażata fuq haddiema barranin u saqsa kif issa “l-Prim Ministru ta’ Malta mhux kapaci jaghmel l-istess?”
Waqt dan il-programm kienet diskussa wkoll il-mod ta’ kif qed tinbidel il-politka madwar id-dinja kif ukoll l-effett li qed tħalli l-COVID-19 fuq l-ekonomija u x-xogħol f’pajjiżna.
//= $special ?>
