Żewġ uffiċjali għolja minn żewġ klabbs tal-Kampjonat Premier, se jkunu l-mistiedna tal-programm tal-lejla, #stayhomereplayli se jixxandar fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-President ta’ Sirens, Mark Borg Hedley u l-Council Member tal-MFA, għan-nom ta’ Ħamrun Spartans, Victor Cassar se jkunu qed iwieġbu d-domandi diretti li jsiru minn Christian Micallef, fil-programm il-ġdid imtella’ mill-aġenzija Replay u li hu l-aħħar proġett innovattiv ta’ dan il-programm tant popolari fuq Net Television.
#stayhomereplay beda’ jixxandar bi prova minn nhar it-Tnejn li għadda, fuq il-media soċjali. Il-programm hu maħdum u miġbud mid-djar rispettivi ta’ dawk li jidhru fil-programm, inkluż tal-istess preżentatur, Micallef. Il-kunċett ta’ dan il-programm hu ispirat mill-fatt li sforz il-prekawzjonijiet kollha li qed jittieħdu kontra t-tixrid tal-COVID-19, ħafna mill-programmi televiżivi, speċjalment dawk ta’ diskussjoni, twaqqfu jew qed jixxandru bil-parteċipazzjoni virtwali tal-mistiedna. L-aġenija Replay ħarġet b’din l-idea li tniedi programm ta’ diskussjoni apposta għal fuq il-media soċjali u li jaġġorna lid-dilettanti tal-futbol lokali b’dak kollu li għaddej bħalissa, anke jekk bħalissa l-futbol hu wieqaf.
Minn nhar it-Tnejn li ġej, dan il-programm se jibda jixxandar bi skeda, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt, fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>