Telgħu għal total ta’ 23,227 il-vittmi fl-Italja kaġun tal-Covid-19 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa l-fatalitajiet żdiedu b’482.
Fir-reġjun tal-Lombardia biss, dawk li mietu kienu kważi 200.
Pożittiv il-fatt li dawk li qedgħin f’kura intensiva naqsu b’79.
L-awtoritajiet Taljani bħalissa jinsabu mħassba dwar it-tieni fażi ta’ din il-pandemija, li taf tkompli tinfirex fost aktar nies. Għal dan l-iskop, fil-Lombardia biss diġa’ tqassmu mat-8 miljun maskra b’xejn.
//= $special ?>