In-NASA ħabbret li se tvara l-ewwel missjoni spazjali b’ekwipaġġ ta’ 2 astronawti, li huma Bob Behnken u Doug Hurley, minn art Amerikana f’10 snin.
Ir-rocket Falcon Nine u l-vettura spazjali Crew Dragon li se ġġorr, żviluppati mill-kumpanija privata, SpaceX, se jtiru miċ-Ċentru tal-Ispazju Kennedy, fi Flordia, nhar is-27 ta’ Mejju, lejn l-Istazzjoni Spazzjali Internazzjonali f’madwar 24 siegħa.
Dawn se jtiru mill-mitjar storiku 39A ta’ dan iċ-ċentru spazjali, l-istess mitjar użat għall-missjoni Apollo.
In-NASA kienet ilha tuża rockets Russi għall-missjonijiet tagħha b’ekwipaġġ minn mindu l-vettura spazjali twaqqaf fl-2011.
Jekk din il-missjoni sseħħ b’suċċess, Space X, tal-imprenditur biljunarju, Elon Musk, se tkun l-ewwel kumpanija privata li tibgħat astronawti tan-NASA fl-ispazju.
//= $special ?>