Raġel ta’ 78 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu f’Birkirkara.
Kienu għall-ħabta tas-6:15pm, x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ċeżalpina.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li għal xi raġuni waqa’ barmil mimli cement fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>
