Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jaqa’ minn għoli fl-inħawi tal-Ġnejna

Minn informazzjoni li għadha kif waslitilna jidher li ftit tal-minuti ilu waqgħet persuna fl-inħawi tal-Ġnejna u l-bajja ta’ Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30.

Fuq il-post immedjatament marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, membru tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll ambulanza.

Peress li r-raġel waqa’ fuq il-blat f’żona li mhix aċċessibbli, tabib tal-Emerġenza kellu juża’ jetski sabiex imur jassisti lir-raġel.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li għall-ħabta tal-4.00pm ir-raġel ittella’ permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Jidher li meta ttella’ r-raġel kien konxju iżda mhux eskluż li sofra ġrieħi gravi.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.