33% tal-haddiema diga’ gew affetwati fil-pagi taghhom minhabba l-effetti tal-Coronavirus. Fi kliem semplici: 3 minn kull 10 haddiema kellhom tnaqqis fil-paga.
Cifri li gew ippubblikati illum mis-Sunday Times ta’ Malta juru li terz tal-haddiema fis-settur privat qed jibzghu li se jitilfu x-xoghol taghhom minhabba din il-pandemija.
Din il-gimgha, l-Agenzija Fitch bassret li dawk li dawk bla xoghol se jiżdiedu ghal 6.1%. Il-Kamra tal-Kummerc qed tistma li dawk is-sensjati, jafu jitilghu ghal eluf sal-ahhar tas-sena.
Effettivament, minħabba l-COVID-19, s’issa diġa tilfu l-impjieg tagħhom madwar 800 persuna.
L-istharrig tat-Times jindika illi f’kaz li l-pandemija ittawwal sa wara is-Sajf, l-inkwiet dwar il-jobs jizdied fost 4 minn kull 10 haddiema.
Fuq nota differenti, l-istess stharrig juri li nofs il-haddiema bhalissa qed jahdmu bit-teleworking mid-dar. Fost dawk impjegati mas-settur pubbliku huma biss 12% li qed jibzghu li jitilfu xoghlhom.
//= $special ?>