Lokali

62 taħrika tat-traffiku tul il-ġurnata tal-Ħadd

F’operazzjoni konġunta bejn il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku u tal-RIU, inħarġu 62 taħrika, bil-maġġoranza jkunu dawk ta’ sewqan eċċessiv.

Kienu bosta li għal darboħra abbużaw mit-triq kważi vojta u komplew jinjoraw l-appelli għal sewqan bil-galbu.

L-ogħla veloċità rreġistrata kienet dik ta’ 145 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 80 kilometru fis-siegħa fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Kienu 56 it-taħrika li ġew mogħtija għall-sewqan eċċessiv.

Il-Pulizija ħarket lil żewġ min-nies talli kellhom ħġieg tinted u erba’ oħra talli ma kellhomx il-pjanċi tar-reġistrazzjoni.

Il-Pulizija qiegħda tagħmel ukoll rondi b’enfasi kontra sewqan bil-mobile kif ukoll bit-tħaris tan-numru ta’ nies miġbura f’postijiet pubbliċi.

Il-Forzi tal-Ordni mistennija jkomplu b’ħidmithom fil-ġimgħat li ġejjin b’mod speċjali bl-infurzar b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.