Lokali

Destiny tiġi t-tielet post fid-Der Kleine Song Contest

Destiny b’ġieħ għal pajjiżna, ġiet it-tielet post f’kompetizzjoni televiżiv li sar minflok il-Eurovision.

Il-parteċipanti f’din il-kompetizzjoni kienu dawk kollha li kienu ser jieħdu sehem fil-Eurovision oriġinali.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fuq tliet fażijiet. Infatti fl-ewwel fażi, Destiny ġiet fl-ewwel post u kisbet l-iżjed punti mill-parteċipanti kollha b’total ta’ 97 punt minn massimu ta’ 120. Il-ġuristi li għażlu l-finalisti għat-tieni u l-aħħar fażi kienu artisti professjonali mill-Awstrija.

Fit-tieni fażi, fejn ivvotaw it-telespettaturi, Destiny għamlet il-Maltin kburin biha bir-riżultat li kisbet.

Ir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni kienet l-artista tal-Iżlanda bil-kanzunetta Think about Things billi kisbet 48% tal-voti. U fit-tieni post, għall-Awstrija Vincent Bueno bil-kanzunetta Alive.

Il-kompetizzjoni saret permezz ta’ stazzjon televiżiv fl-Awstrija bil-programm imsejjaħ Der Kleine Song Contest.