Lokali

Fire engine tinqaleb fl-ajruport

Minn tal-inqas persuna kellha tingħata l-kura wara li għal xi raġuni fire engine inqalbet fil-mitjar Malti f’Ħal Luqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1600hrs fuq Runway 23 – liema runway tinsab fiz-zona tal-ajruport ‘il-qadim’.

Fuq il-post għamlet il-wasla tagħha minnufih ambulanza li kienet fil-qrib sabiex assistiet lill-persuna li kien abbord il-vettura emerġenza.

Fuq il-post immedjatament ġew msejħa wkoll uffiċjali tal-Pulizija li minn naħa tagħhom bdew immedjatament bl-investigazzjonijiet.

Mill-ewwel rapporti jidher li fortunatament il-persuna involuta sofriet biss ġrieħi ħfief.