Minn Paul McCartney ghal Taylor Swift. Minn Celine Dione ghal Elton John – kollha flimkien, b’messagg ta’ tama u kuragg f’dan iz-zmien ta’sfida.
Kienu bosta li s-Sibt filgħaxija setgħu jgawdu il-kunċert mill-aqwa bl-isem “One World” ….bis-sehem ta’ numru kbir ta’ artisti famużi li offrew wirja unika.
Il-kunċert, organizzat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Moviment taċ-Ċittadini Globali, sar b’apprezzament għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u b’appogg ghal dawk kollha li qegħdin jagħtu kontribut imprezzabbli lis-soċjetà tagħna fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19.
Il-kunċert sar b’mod virtwali b’ħafna artisti jkantaw mid-dar taghhom.
Fost l-ismijiet popolari li hadu sehem, kien hemm it-tenur Andrea Bocelli, il-kantant Elton John u l-eks stilla tat-tim nazzjonali Ingliz David Beckham.
Kienet Lady Gaga li ppreparat il-lista tal-artisti professjonali u sejħet il-kunċert bħala “ittra ta’ mħabba indirizzata lid-dinja”.
F’dan il-kuncert, spikkat il-band The Rolling Stones, illi rnexxilhom idoqqu f’daqqa minkejja li kienu f’erba’ postijiet differenti.
Kienu bosta l-artisti li wasslu messaġġ ta’ inkoraġġiment lil kull min kien qed isegwi fuq it-televizjoni u fuq l-internet, fost l-oħrajn biex it-telespettaturi jibqgħu ġewwa djarhom u biex nibqgħu solidari f’mumenti diffiċli bħal dawn.
//= $special ?>