Lokali

Il-Parata Annwali tal-iscouts f’Malta din is-sena b’differenza

Dan il-Ħadd huwa kemmxejn partikolari aktar minn Ħdud oħra. Dan l-għaliex bħal lum eluf ta membri tal-iScout Groups minn madwar il-Gżejjer Maltin kienu jingħaqdu flimkien jimmarċċjaw fil-Belt Valletta – jipparteċipaw f’dik aħjar magħrufa bħala l-Parata Annwali.

Madanakollu minħabba ċ-ċirkostanzi li pajjiżna qed iħabbat wiċċu magħhom kawża tal-pandemija ta’ Covid-19 din id-darba dan ma setgħx jitwettaq u għaldaqstant għall-ewwel darba ġie organizat l-ewwel avveniment nazzjonali tal-iscouts b’mod virtwali.

40 leader minn 40 Scout Group differenti ngħaqdu flimkien permezz ta’ video conference li xxandret b’mod dirett fuq il-midja soċjali ta’ Facebook. Tul din il-konferenza, b’mod virtwali, ġeddew dik li tissejjaħ bħala l-iScout Promise u ħeġġew lil ħaddieħor jagħmel dan bħal ma’ effettivament għamlu bosta bil-hashtag #VirtualScoutPromise