Il-plejers u l-kowċis ta’ Roma laħqu ftehim mat-tmexxija tal-klabb li mix-xahar ta’ Marzu sa Ġunju ma jitħallsux, biex jgħinu lill-klabb taghħom fil-kriżi tal-coronavirus. Fi stqarrija Roma urew is-sodisfazzjon tagħhom filwaqt li rringrazzjaw lill-plejers u lill-kowċi ta’ dan il-ġest. B’hekk Roma se jkunu jistgħu jkomplu jħallsu b’mod normali lill-bqija tal-ħaddiema li jaħdmu mal-klabb.
Iċ-chief executive tal-klabb Guido Fienga qal li l-klabb ta’ Roma wera li għaqda li hemm bejn il-plejers u l-ħaddiema tal-klabb. Il-kampjonat tas-Serie A kien sospiż lura fid-9 ta’ Marzu b’Roma jinsabu fil-ħames post tal-klassifika.
//= $special ?>