Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar it-23 programm Sport Extra. Dan il-programm hu wieħed speċjali għaliex it-tema ewlenija hu l-isport tal-ibburdjar. Dan l-aħħar, Charles Camenzuli intervista lil John Ripard li ta’ 90 sena mhux biss hu wieħed mill-aktar atleti veterani li għadu attiv, iżda fl-istess waqt hu l-bniedem li għal aktar minn 70 sena iddedika ruħu għall-ibburdjar.
Fl-intervista, John Ripard mhux biss jagħmel referenza għall-ewwel esperjenzi internazzjonali fosthom il-Logħob tal-Mediterran f’Barcelona fl-1955 u l-Olimpjadi ta’ Ruma fl-1960 iżda wkoll l-ewwel suċċessi fil-Middle Sea Race u l-mod kif l-avveniment żviluppa.
Ripard jagħmel aċċenn dwar l-irwol tiegħu bħala membru tal-ġurija internazzjonali fl-aqwa avvenimenti fosthom fl-America’s Cup u l-Olimpjadi ta’ Atlanta fl-1996. Sport Extra għandu produzzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ ta’ Samira Cachia Spiteri b’filmati ta’ Bernie Dimech.
//= $special ?>