Lokali

L-Air Malta b’telf ta’ 130 miljun ewro

Sas-Sajf, it-telf ghal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta jaf ilahhaq it-130 miljun ewro. Dan intqal f’rapport li deher fil-faccata tal-gazzetta MaltaToday, fejn issir analizi anke tal-ispiza li se jkollha tohrog il-kumpanija f’refunds wara li thassru numru kbir ta’ titjiriet.

Jidher illi l-effett dirett tal-Covid-19 fuq l-Air Malta se jitla’ ghal €100 miljun. Ghalkemm sorsi ohra qed jindikaw li din id-daqqa taf tkun sahansitra akbar.

Hemm ukoll spejjes ta’ €30 miljun biex il-kumpanija thallas lura biljetti li kienu inxtraw qabel faqqa’ l-Coronavirus.

Din il-gimgha, l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-bdoti tal-Air Malta sahqet li l-Gvern qed jaghmel dikjarazzjonijiet fazulli…ghaliex lis-senior management qatghulhom biss 10 fil-mija.

Dan intqal wara li l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri… li għandu l-Air Malta taħt il-portafoll tiegħu…. saħaq li xi ħadd qed jiprova jagħmel ‘hijack’ mil-linja tal-ajru.

Il-bdoti qalu li dan id-diskors tal-Ministru huwa wieħed mhux f’postu fid-dawl taċ-ċirkostanzi li sabu ruhom fihom l-impjegati tal-Air Malta; haddiema li minn dejjem wettqu dak mitlub minnhom b’diliġenza liema bħala.

L-ALPA spjegat li lura fl-24 ta’ Marzu hi ġiet msejħa flimkien ma’ unions u assoċjazzjonijiet oħra għal laqgħa urġenti mal-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru nazzjonali. L-ALPA saħqet li l-aġir f’din il-laqgħa kien l-ewwel indikazzjoni dwar kif l-affarijiet kienu ser jimxu…. “b’gideb u qerq”.