It-tim mill-Premier League, Watford, mistennija jilħqu ftehim mal-plejers tagħhom biex ikollhom tnaqqis fil-paga biex jgħinu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb f’dan iż-żmien diffiċli. It-tim ta’ Nigel Pearson mistenni jkollu 30% ta’ tnaqqsi fil-pagi tiegħu apparti ammont mis-salarju tal-plejers li qiegħed imur għall-inizjattiva mwaqqfa mill-plejers stess #PlayersTogether biex jinġabru fondi għall-NHS.
Iktar kmieni numru ta’ timijiet laħqu ftehim mal-plejers tagħhom biex ikollhom tnaqqis fil-pagi tagħhom fosthom West Ham, Southampton u Arsenal. Watford jinsabu fis-17 –il post tal-klassifika tal-Premier League post il-bogħod miż-żona relegazzjoni.
//= $special ?>