Lokali

Żagħżugħ arrestat wara li nstab fil-pussess tal-ħaxixa kannabis

Ritratt: Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 21 sena arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ droga.

Jidher illi l-arrest sar wara li ġew infurmati l-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra li hemm bżonn l-assistenza tagħhom wara li qam argument.

Sakemm waslu l-Pulizija jidher illi l-argument kien waqaf iżda kien hemm xi ħsara fuq vettur u mutur li kienu pparkjati.

Il-Pulizija ġiet mgħarrfa li n-nies li wettqu l-ħsara kienu f’vettura oħra u minnufih waqqfithom fejn saret tfittxija tal-vettura u x-xufier u nstab ammont ta’ sustanza suspettat droga ta’ ħaxixa tal-kannabis, żewġ mobiles, u ammont ta’ flus kontanti.

Iż-żgħażugħ ġie arrestat u ttieħed fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.